Fuq perjodu ta’ 7 snin ser jitneħħa l-Impjant tal-iskart ta’ Sant’Antnin minn Wied il-Għajn - Wasteserv Malta Limited
Article Details
Fuq perjodu ta’ 7 snin ser jitneħħa l-Impjant tal-iskart ta’ Sant’Antnin minn Wied il-Għajn
Press Release On 5/8/2017 5:46:07 PM

Fuq perjodu ta’ 7 snin ser jitneħħa l-Impjant tal-iskart ta’ Sant’Antnin minn Wied il-Għajn

 

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li ser jagħti nifs ġdid lin-naħa t’isfel ta’ Malta billi fuq medda ta’ 7 snin ser jagħlaq l-impjant tar-riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin f’Wied il-Għajn biex b’hekk tkun kompletament eliminata l-inkonvenjenza tal-irwejjaħ. Dan ser ikun possibli permezz ta’ investimenti f’sistemi ġodda ta’ riċiklaġġ. Il-Prim Ministru spjega wkoll li minflok l-impjant ser jinħoloq spazju miftuħ sabiex jitgawda mill-familji f’dawn l-inħawi.

 

Dr Muscat żied jgħid li dan kollu ser isir f’żewġ fażijiet. Fl-ewwel fażi jiġi rilokat il-proċess tal-iskart domestiku għall-impjant ġdid fil-Magħtab, u jiġi estiż il-proġett tal-borża organika fuq skala nazzjonali. Fit-tieni fażi ser jiġi rilokat ukoll il-proċess tal-iskart riċiklabli li ma jikkawżax irwejjaħ.

 

Dan il-pjan għandu jitwettaq fuq perjodu ta’ 7 snin.