Skola Sajf 2016 Kompetizzjoni għat-Tfal f’63 Ċentru - Wasteserv Malta Limited
Article Details
Skola Sajf 2016 Kompetizzjoni għat-Tfal f’63 Ċentru
Press Release On 9/7/2016 8:44:10 AM

Il-Programm Edukattiv tal-Wasteserv ikompli waqt Skola Sajf 2016, Kompetizzjoni għat-Tfal f’63 Ċentru

 

Bħala parti mill-ħidma fil-komunità tal-Wasteserv, dan is-sajf rappreżentanti tal-kumpanija żaru 53 ċentri Skola Sajf f’Malta u 10 ċentri f’Għawdex, bl-ammont ta’ studenti jilħaq iktar minn 10,000.

B’attivitajiet li jvarjaw skont l-età, is-sessjonijiet tal-Wasteserv fl-iskejjel huma popolari kemm waqt is-sena skolastika kif ukoll waqt ix-xhur tas-sajf. Puppet shows, logħob edukattiv u esperimenti huma fost l-attivitajiet kreattivi li l-Wasteserv qed torganizza din is-sena waqt Skola Sajf. B’mod partikolari, esperiment għat-tfal minn 6 sa 8 snin qiegħed jitratta t-tema tat-tniġġis tal-ilma bil-karattru ta’ żiemel tal-baħar jismu Spyro fiċ-ċentru tal-esperiment. Permezz ta’ friskatur ilma u food colouring, it-tfal jaraw b’għajnejhom il-kambjament ta’ l-ilma kawża tal-ħmieġ li jiġi mormi fil-baħar, filwaqt li bl-użu ta’ plastik imqatta’ qed issir enfasi fuq il-ħsara li dan l-iskart jagħmel meta wieħed jiddisponi minnu b’mod ħazin, l-aktar meta dan eventwalment jispiċċa fl-ibħra tagħna.

Għal Skola Sajf 2016, il-Wasteserv flimkien mal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) u Agenda Bookshop organiżżat ukoll kompetizzjoni fost l-istudenti li għandhom bejn 7 u 11-il sena. L-għan ta’ din il-kompetizzjoni kien li t-tfal ikunu kreattivi u joħolqu mudell minn affarijiet li kienu se jarmu. B’kollox 197 student applikaw biex jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni.

Għal din l-inizjattiva ntagħżlu erba’ suġġetti li huma t-trasport f’Malta, strumenti tradizzjonali ta’ pajjiżna, xena fil-kampanja f’pajjiżna u bini storiku Malti. It-tfal kienu mitluba jagħżlu suġġett wieħed, joħorgu b’idea kreattiva u jagħmlu mudell zgħir, kif ukoll jiktbu artiklu fejn jispjegaw x’inhu l-proġett u x’materjal intuża. Il-mudelli kollha se jiġu evalwati minn ġurija li se tkun magħmula minn tliet persuni u li flimkien se jkunu qegħdin jiġġudikaw skont dawn il-kriterji: il-kreattività, l-oriġinalità, kemm intuża materjal li kien skart, u l-ispjegazzjoni li tingħata fl-artiklu. Rebbieħ minn kull ċentru se jingħata premju sponsorjat minn Agenda Bookshop u l-mudelli rebbieħa kollha se jiġu esibiti f’wirja. Il-wirja tibda f’Ottubru fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Wasteserv f’Marsaskala u tkompli fix-xahar ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Wasteserv f’Tal-Kus f’Għawdex.

 

Għal aktar informazzjoni: www.wasteservmalta.com | Freephone 8007 2200 | info.ws@wasteservmalta.com | facebook.com/Wasteserv | twitter.com/Wasteserv.

 

Awguri lir-rebbieħa!!
 
Pembroke - Cjay Saliba  
Gzira - Christina Vassallo  
Pieta - Matteo Balzan  
Hamrun - Crayden Cremona  
Msida - Patricia Ana-Maria Barbu  
St. Julians - Angele Oliver  
Sliema - Jaden Grech  
San Gwann - Amelia Cauchi  
Burmarrad - Sarah Casha  
Mtarfa - Miguel Caruana  
Mosta - Llona Schembri  
Lija/Balzan - Ana Galea  
Xghajra - Gianesse Abela  
Zabbar - Shaznelle Lia  
Floriana - David Attard  
Luqa - Antonio Lombardi  
Fgura - Michelle Attard  
Gudia - Zion Mercieca  
Zebbug - Philip Zammit  
M'Xokk - Aidean Bugeja  
M'Scala - Anthony Pisa  
Siggiewi - Andy John Debono  
Kalkara - Christian Degiovanni  
Senglea - Milena Scicluna  
Marsa - Anika Portelli  
Tarxien - Raisa Pace  
Victoria - Marcus Vella  
Gharb - Sebastian Xerri  
Xewkija - Benjamin Zammit  
Nadur - Kyle Haber  
Kercem - Shoryl Amanda Sant  
Qala - Kelseyanne Mifsud