Ċentri għall-Iskart Goff
Ċentri għall-Iskart Goff

  

 

 

Reġistrazzjoni għal permess tad-dħul

Ghafas Hawn biex tirreġistra. Nitolbuk iddaħħal l-informazzjoni kollha meħtieġa.  Tista’ wkoll tapplika għall-permess direttament miċ-Ċentri għall-Iskart Goff. 

Iċ-Ċentri għall-iskart goff

 

Ghafas hawn biex taċċessa fuljett b’iktar informazzjoni dwar kif tiddisponi mill-iskart tiegħek ġewwa dawn iċ-Ċentri.

 

Għadek indeċiż dwar il-proċedura?  Ara dawn il-mistoqsijiet u tweġibiet.

 

Skart tal-Kostruzzjoni – Irreferi għat-tabella t’hawn taħt biex tara x’inhu aċċettat fil-kontenitur għal skart tal-kostruzzjoni ġewwa ċ-Ċentri għall-Iskart Goff.  Aċċess ikun ristrett lil min ma josservax dawn l-istruzzjonijiet.

 

 

 

 

 

Iċ-Ċentri għall-Iskart Goff huma faċilitajiet fejn il-pubbliku jista’ jiddisponi minn diversi tipi ta’ skart goff, skart perikoluż kif ukoll skart riċiklabbli.

 

Kuntrarju għall-Bring-In-Sites, fejn wieħed jista’ jiddisponi biss minn karta, plastik, metall u ħġieġ; iċ-Ċentri għall-Iskart Goff joffru servizz għar-rimi ta’:

 

- Għamara, saqqjijiet, tapiti u ħwejjeġ
- Friġġis, kukers u microwave ovens
- Tagħmir elettriku u elettroniku bħal friġġis, kukers, kompjuters, moniters, telefowns ċellulari, printers, ġugarelli u għodda
- Skart tal-ġnien
- Żjut tal-ikel u tal-magni
- Batteriji, bozoz u tubi
- Mediċina skaduta u siringi
- Spirti, kimiċi, żebgħa u skart perikoluż
- Skart tal-kostruzzjoni mid-djar bħal terrepin u madum
- Tajers

 

L-iskart miġbur f’dawn is-siti jiġi trattat lokalment, esportat għat-trattament f’pajjiżi oħra jew irriċiklat.  Infatti, l-għan ta’ dawn iċ-ċentri huwa li jinġabar kemm jista’ jkun materjal minn tipi speċifiċi ta’ skart u jiżdied l-irkuprar ta’ materjali sekondarji.

 

Għal iktar informazzjoni tista’ tikkuntattja liċ-ċentru ta’ assistenza lill-klijenti fuq Freephone 8007 2200.

 

 

fejn jinsabu w ħinijiet tal-ftuħ


Wasteserv topera sitt Ċentri għall-Iskart Goff li jinsabu fl-ImrieħelĦal Far, Ħal Luqa, MagħtabTal-Kus, Xewkija Gozo u Ta’ Qali . 

 

Iċ-Ċentri għall-Iskart Goff jiftħu mit-Tnejn sal-Ħadd (Festi Pubbliċi inklużi) mis-7:30 sal-5:30.

 

 

Ghafas hawn għal filmat dwar dawn iċ-Ċentri.

 

Last Updated: 02/06/2020