Contact Us

 

WasteServ ġiet imwaqqfa bħala kumpanija b’responsabbilità limitata f’Novembru tal-2002 u hija responsabbli mill-organizazzjoni, il-ġestjoni u l-operat ta’ sistema integrata tal-immaniġjar tal-iskart. Minn meta twaqqfet, WasteServ ħadet l-impenn li tippromwovi t-tnaqqis u r-riċiklaġġ tal-iskart, u li tistabbilixxi u żżomm infrastruttura ta’ immaniġjar innovattiv tal-iskart biex tipproteġi l-ambjent u s-soċjetà.

 …lejn ekonomija ċirkolari    

Aħna nirrikonoxxu l-fatt li l-ekonomija lineari, jiġifieri li  jittieħdu riżorsi biex minnhom isiru prodotti u li wara li jintużaw jintremew meta ma jkunx għad hemm bżonnhom, mhix sistema li għadha taħdem għall-kummerċ, għan-nies u għall-ambjent. B’hekk, aħna rridu li nkunu fuq quddiem f’din il-bidla trasformattiva lejn approċċ t’ekonomija ċirkolari. Dan ifisser li aħna qegħdin, kontinwament, nevalwaw l-operat tagħna biex noħolqu valur minn enerġija u materjali li qabel kienu jinħlew.

Dalwaqt, WasteServ ser tkun il-bażi għall-ikbar investiment li qatt sar f’Malta fis-settur tal-immaniġjar tal-iskart, il-proġett ECOHIVE se jkun qed imexxi lil Malta lejn ekonomija ċirkolari. WasteServ determinata li taħdem bl-aktar mod sostenibbli u tuża r-riżorsi bl-iktar mod effiċjenti billi tbiddel l-iskart f’materjali riċiklabbi ta’ kwalità tajba. Sadanittant, aħna ser inkomplu naħdmu biex niżguraw li l-oġġetti riċiklabbi jiġu separati fi flussi differenti ta’ skart biex jiġu rriċiklati u b’hekk jerġgħu jsibu ruħhom lura fiċ-ċiklu ekonomiku.  

Il-Missjoni Tagħna

Li mmexxu l-faċilitajiet u servizzi tal-immaniġjar tal-iskart f’Malta lejn approċċ t’ekonomija ċirkolari.             

L-Affiljazzjonijiet Tagħna

Sabiex nissodisfaw il-missjoni tagħna, aħna kburin li għandna affiljazzjonijiet ma’ dawn in-netwerks:

CIWM

Chartered Institution of Wastes Management

ACR+ 

Association of Cities and Regions for Sustainable Resource Management 

ISWA 

International Solid Waste Association

IWWG

International Waste Working Group

Last updated on 16/09/2020

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200