Tliet Ċentri għall-Iskart Goff jerġgħu jinfetħu għall-pubbliku

WasteServ tixtieq tinforma lill-pubbliku li ċ-Ċentri għall-Iskart Goff tal-Magħtab, Imrieħel u Ħal Far issa jinsabu miftuħa.   

Wara li l-WasteServ kellha tieħu l-passi sabiex tagħlaq b’mod immedjat ċ-Ċentri għall-Iskart Goff f’Malta sabiex tipproteġi s-saħħa tal-pubbliku u tal-ħaddiema tagħha, issa tlieta minn dawn iċ-ċentri reġgħu ġew miftuħa mill-ġdid.   

Dawk kollha li jixtiequ jagħmlu użu minn dawn iċ-ċentri huma mitluba jilbsu maskra jew visor qabel jidħlu. Filwaqt li numru limitat ta’ vetturi ser ikunu qed jitħallew jidħlu ġo ċentri f’daqqa. Għal aktar dettalji dwar x’għandek tagħmel qabel iżżur wieħed minn dawn iċ-ċentri, tista’ żżur: https://www.wasteservmalta.com/mt/ca-sites   

WasteServ tirringazzja lil ħaddiema tagħha għal koperazzjoni tagħhom sabiex il-ftuħ ta’ dawn iċ-ċentri seta’ jkun possibli.      

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200