Ċentri għall-Iskart Goff temporanjament magħluqa

WasteServ tixtieq tinforma lill-pubbliku li minħabba li fiċ-Ċentru għall-Iskart Goff ta’ Ħal Luqa kien hemm ħames każi ta’ COVID-19, u li minħabba li dan wassal għal numru estensiv ta’ ħaddiema li ntbagħtu fi kwarantina preventiva mill-istess kumpanija, ċ-Ċentri għall-Iskart Goff f’Malta ser ikunu qed jingħalqu b’mod immedjat. Iċ-ċentru ta’ Ħal Luqa li hu l-ikbar wieħed, kien diġà ilu magħluq minn nhar is-Sibt 10 t’Ottubru u tlieta minn dawn il-ħames każijiet mill-istess ċentru, kienu minn persuni li diġà kienu fi kwarantina.                                                          Il-WasteServ ser tkun qed tagħmel dak kollu possibli biex terġa’ tibda topera dan is-servizz u ser iżżomm lill-pubbliku aġġornat b’żviluppi relevanti. Nixtiequ wkoll infakkru lin-nies li hemm numru ta’ miżuri preventivi f’dawn iċ-ċentri li jridu jiġu segwiti minn kulħadd. Għal aktar dettalji dwar dan tista’ żżur: https://www.wasteservmalta.com/mt/ca-sites   

                                                                                                                                                                                                                                                          Iċ-ċentru Tal-Kus f’Għawdex ma ġiex milqut minn dawn il-miżuri.


WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200