L-isforz tar-residenti jwassal għal suċċess fil-ġbir tal-ħġieġ t’ Ottubru

WasteServ innutat żieda notevoli fil-kwalità tal-ħġieġ riċiklabbli matul il-ġbir t’ Ottubru. Għal darb’ oħra n-nies urew l-impenn tagħhom għas-separazzjoni tal-iskart u għall-ambjent. 

WasteServ irringrazzjat wkoll lill-GreenPak u lill-GreenMT; iż-żewġ skemi privati​​responsabbli għal dan il-ġbir tal-ħġieġ u lill-Kunsilli Lokali kollha, inkluż l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, għall-appoġġ tagħhom.   

Nhar il-Ġimgħa li għadda nġabru 128 tunnellata ta’ ħġieġ nadif mill-ġbir bieb bieb, żieda ta’ 58% meta mqabbla ma’ l-istess ġurnata f’Settembru li għadda.   Il-WasteServ se tkompli tintensifika kampanja edukattiva li għadha kemm bdiet ftit tal-jiem ilu biex tħeġġeġ lill-pubbliku jkompli jissepara l-ħġieġ, joħroġu għall-ġbir f’kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw bħal bramel qodma, kaxxi tal-injam u tal-plastik, jew kontenituri tal-iskart bħal dawk ipprovduti mill-WasteServ. Jistu wkoll jagħmlu użu miċ-Ċentri ta’ l-Iskart Goff, mid-diversi iBiNs u Bring-In sites disponibli madwar Malta.

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200