Contact Us

 

Nixtiequ ninfurmawkom li ċ-Ċentri għall-Iskart Goff tal-Magħtab, Imrieħel u Ħal Far issa jinsabu miftuħa.

Minħabba l-COVID-19 daħħalna iżjed miżuri għas-sigurtà tiegħek kif ukoll għas-sigurtà tal-ħaddiema tagħna.

  • Jekk jogħġbok ilbes maskra qabel tidħol.
  • Numru limitat ta’ vetturi ser jitħallew jidħlu ġos-sit f’daqqa.
  • Nitolbukom biex ma tiġux f’dawn iċ-Ċentri jekk intom jew membri fid-dar tiegħek kontu/kienu ma jifilħux u biex dejjem issegwu l-pariri tal-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa, waqt li żżommu f’moħħkom li dawn jistgħu jiġu aġġornati minn żmien għal żmien.

Lokalitajiet

Tal Kus Mriehel Hal Far Maghtab Luqa Ta Qali

Ħinijiet tal-Ftuħ 

Iċ-Ċentri għall-Iskart Goff jiftħu mit-Tnejn sal-Ħadd, inkluż Festi Pubbliċi (barra l-Milied u l-Ewwel tas-Sena) bejn is-7.30a.m. u l-5.30p.m.

Qabel iżżur iċ-Ċentri 

L-iskart kollu li jittieħed fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff  tagħna għandu jiġi sseparat u magħżul minn qabel, biex niżguraw li kemm jista’ jkun skart jiġi użat mill-ġdid jew irriċiklat.

Dħul fiċ-Ċentri għall-iskart Goff huwa permess biss b’vettura. 


Residenti li għandhom biss vettura waħda li taqa’ taħt Kategorija A jew B ikollhom aċċess sa 18-il darba f’sena kalendarja ladarba jiġi ppruvat li din hija l-unika vettura li għandhom. 

Tista’ tapplika onlajn għal permess billi tagħfas hawnhekk. Tista’ tapplika ukoll għal permess direttament miċ-Ċentri għall-Iskart Goff jew billi ċċempel fuq freephone 8007 2200. Vetturi mingħajr permess ma jingħatawx aċċess.

Tfal jistgħu jidħlu sakemm ikunu akkumpanjati minn adult.

Ikkunsidra li tilbes żarbun b’saħħtu, ħwejjeġ adattati u ingwanti fejn hemm bżonn.

Organizzazzjonijiet mhux governattivi li jixtiequ jagħmlu użu minn dawn iċ-Ċentri huma ġentilment mitluba biex jibagħtulna imejl fuq casoperations@wasteservmalta.com.

Vetturi rreġistrati l-Pitkalija għandhom aċċess illimitat għaċ-Ċentru ġewwa Ta’ Qali biex ikunu jistgħu jarmu l-iskart relatat mas-sengħa tagħhom.

Agħmel użu mis-servizz ta’ ġbir ta’ skart goff offrut b’xejn lir-residenti mill-Kunsilli Lokali rispettiv tiegħek.

Jekk għandek bżonn gwida jew assistenza waqt iż-żjara tiegħek, jekk jogħġbok kellem lill-impjegati taċ-Ċentru għall-Iskart Goff.

L-iskart tiegħek

Dawn is-siti jaċċettaw biss skart domestiku.

X’nistgħu naċċettaw

Skart Goff

  • Għamara, saqqijiet u twapet
  • White goods bħal friġis, kukers u majkrowejvs
  • Għamara tal-ġnien
  • Injam u Metall

Skart tal-Kostruzzjoni

  • Skart inert: konkrit, brikks, żrar, ramel  u siment
  • Madum, granit u gress
  • Oġġetti sanitarji taċ-ċeramika (bħal sink u tojlit)
  • Terrapien

Skart Perikoluż

  • Mediċina skaduta u siringi użati
  • Solventi u kimiki
  • Żebgħa
  • Batteriji, bozoz u tubi tan-neon
  • Skart ieħor perikoluż

Electronics

  • Kompjuters, monitors, laptops u printers
  • Mowbajls u tablets
  • Televiżjonijiet, sistemi ta’ navigazzjoni, ġugarelli elettroniċi u għodda (jekk jogħġobkom kunu ċerti li l-informazzjoni personali tagħkom titneħħa minn  oġġetti bħal kompjuters, laptops, televiżjonijiet, mowbajls, tablets u sistemi ta’ navigazzjoni)

Skart tal-Ġonna

  • Ħaxix u friegħi
  • Zkuk u biċċiet ta’ siġar
  • Fjuri u weraq
  • Ħaxix ħażin

Skart Ieħor

  • Tajers tal-vetturi
  • Tessuti
  • Żjut tal-ikel u żejt tal-magni

Infakkrukom li prodotti elettroniċi jistgħu jinġabru wkoll mis-settur kummerċjali li joperaw huma stess sistemi ta’ rkuprar ta’ dan it-tip ta’ skart.

X’jiġri minnu dan l-iskart 

L-iskart kollu li jittieħed fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff  jiġi esportat għat-trattament, trattat lokalment, jerġa’ jiġi użat għal fini oħra jew jiġi rriċiklat. L-iskop primarju ta’ dawn iċ-Ċentri huwa li l-iskart  jiġi miġbur bl-aħjar mod sabiex minnu jkunu jista’ jinġabar materjal sekondarju. 

It-trasportaturi tal-iskart reġistrati jistgħu jaċċessaw ir-regoli taċ-Ċentri għall-Iskart Goff hawn. 

Last updated on 12/10/2020

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200