WasteServ hi impenjata li ttejjeb il-prestazzjoni tagħha fir-rigward tar-riċiklaġġ. Għal din ir-raġuni, aħna għandna bżonn l-għajnuna tiegħek biex inti tagħmel bidliet żgħar sabiex tirriċikla b’mod korrett u tnaqqas l-iskart b’mod ġenerali. 


Il-Ġerarkija tal-Iskart turi l-passi differenti li tista’ tieħu sabiex tnaqqas l-iskart li tiġġenera. 

                            

Biex kull dar tkun tista’ tissepara l-iskart b’mod iktar konvenjenti, WasteServ tipprovdi kontenituri ta’ riċiklaġġ b’xejn lil kull dar f’Malta u Għawdex. Il-kontenituri għandhom għotjien ikkuluriti biex jagħmluha iktar faċli li l-iskart jintefa’ fil-kontenitur it-tajjeb.

X’għandek tpoġġi ġol-kontenituri tiegħek

  • Kartun 
  • Kaxxi tal-kartun tal-ikel nodfa
  • Trays tal-aluminju u fojl nodfa
  • Basktijiet tal-plastik nodfa 
  • Kaxxi tat-take away nodfa 
  • Fliexken taż-żejt għat-tisjir 
  • Kontenituri tal-kożmetiċi (nodfa) 
  • Fliexken tad-deterġenti (vojta) 
  • Kaxxi tad-deterġenti 
  • Bottijiet tal-ikel 
  • Għotjien tal-vażetti 
  • Kontenituri tas-sapun likwidu (vojta) 
  • Rivisti 
  • Fliexken tal-plastik
  • Kaxxi tal-marġerina (vojta) 
  • Tappijiet tal-metall 
  • Bottijiet tax-xorb 
  • Kartun tal-ħalib u Kartun tal-meraq tal-frott
  • Gazzetti 
  • Notebooks 
  • Karti 
  • Basktijiet tal-karti (nodfa) 
  • Basktijiet tal-plastik (nodfa) 
  • Tappijiet tal-plastik 
  • Kontenituri tal-plastik 
  • Pakketti tal-ikel tal-plastik 
  • Fliexken tal-plastik 
  • Fliexken tax-shampoo (vojta) 
  • Fliexken tal-gel tax-xawer (vojta) 
  • Bottijiet tal-isprej (vojta) 
  • Rollijiet tal-karta iġenika 
  • Prodotti għall-indafa personali (nodfa u vojta) 
  • Kontenituri tal-yoghurt (nodfa) 
  • Tejp li jwaħħal 
  • Fojl tal-aluminju mċappas 
  • Karta forn 
  • Ċeramika/ pyrex imkisser 
  • Karti tat-tgeżwir tal-ikel imċappsa 
  • Tejp selofejn 
  • Kaxxi tat-take away maħmuġin 
  • Pakketti mġeżwra bil-fojl 
  • Trab 
  • Ġablow
  • Tikketti 
  • Ritratti 
  • Kontenituri tal-pjanti 
  • Sponoż użati 
  • Oġġetti sanitarji
  • Żraben 
  • Xagħar (uman jew tal-annimali) 
  • Mirja żgħar imkissra 
  • Stickers 
  • Tubi tat-toothpaste 
  • Materjal tat-tindif użat 
  • Ingwanti tal-lasktu użati 
  • Biċċiet tal-art użati 
  • Karta tax-xemgħa 
  • Wet wipes 
  • Irmied u loqom tas-sigaretti 
  • Xemgħa
  • CDs 
  • Pakketti tas-snacks
  • Toothpicks 
  • Stikek tal-injam tal-ġelati  
  • Zkuk

  • Fliexken 
  • Vażetti 

  • Oġġetti sanitarji
  • Ħmieġ u mifrex tal-annimali
  • Ħrieqi


  • Ġobon 
  • Kafè 
  • Ikel imsajjar 
  • Fdalijiet tal-ikel 
  • Laħam imsajjar jew nej 
  • Prodotti tal-ħalib 
  • Bajd u qxur tal-bajd 
  • Ikel skadut (mingħajr ippakkjar) 
  • Ħut  
  • Fjuri 
  • Għasel 
  • Zokkor
  • Weraq 
  • Għaġin  
  • Ikel nej 
  • Frott u ħaxix imħassar 
  • Gazzetti mċappsin 
  • Srievet imċappsin 
  • Tea bags 
  • Weraq tat-tè 
  • Butir 
  • Qxur tal-ġewż 
  • Qxur tal-frott tal-baħar

Il-kontenituri tar-riċiklaġġ għad-djar jistgħu jinġabru miċ-Ċentru tal-Viżitaturi ġewwa l-Park tal-Familja ta’ Sant’Antnin f’Wied il-Għajn jew mill-Faċilità tal-Kus, fix-Xewkija, Għawdex, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7:30am sat-3:00pm. Jekk tixtieq tirreġistra sabiex tkun tista tiġbor is-sett ta’ kontenituri għar-riċiklaġġ meta it-Trakk tas-Separazzjoni tal-Iskart ikun fil-lokalità tiegħek, jekk jogħġbok għafas hawn. Tista’ wkoll ċċempel in-numru Freephone 8007 2200 għal aktar informazzjoni. Jekk jogħġbok ippreżenta l-karta tal-identità jekk din hija r-residenza prinċipali tiegħek. Jekk tirreġistra għal residenza sekondarja, jkollok bżonn tipprovdilna kont tad-dawl u l-ilma li hu f’ismek. Jekk int tgħix f’post mikri, jkollna bżonn kopja tal-ftehim ta’ kera tiegħek. 

Meta għandi noħrog l-iskart tiegħi? 

Is-servizz tal-ġbir tal-iskart mid-djar huwa pprovdut mill-Kunsilli Lokali rispettivi ta’ kull lokalità. L-iskart kollu li jinġabar minn fuq il-bankini jittieħed lejn faċilitajiet tal-WasteServ biex jiġi pproċessat u trattat.


Skart Goff

Għal oġġetti li huma kbar wisq biex ikunu kkunsidrati bħala skart domestiku normali, tista’ tuża’ s-servizz tal-ġbir tal-iskart goff. Dan is-servizz huwa offrut b’xejn lid-djar kollha. 

Biex teħles minn skart goff, tista’ jew tikkuntattja lill-Kunsill Lokali tiegħek jew iżżur wieħed miċ-Ċentri għall-Iskart Goff tagħna. 

Skart tal-kostruzzjoni bħal brikks, konkrit, madum, trabijiet u ċeramika li jiġi mid-djar jista’ ukoll jittieħed b’xejn fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff sakemm dan ikun fi kwantitajiet żgħar. 

Skart Perikoluż  

Ċerti prodotti tad-dar jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent jekk ma jintremewx kif suppost. Skart perikoluż jinkludi kimiċi (inklużi l-kontenituri vojta), żebgħa (inklużi l-kontenituri vojta), żjut tal-magni, solventi, batteriji, u bozoz tad-dawl u tubi użati.

Jekk għandek bżonn tarmi skart perikoluż, huwa importanti ħafna li tagħmel dan b'mod sikur għall-ambjent. Skart perikoluż bħal dan għandu jittieħed f'wieħed miċ-Ċentri għall-Iskart Goff. Il-bozoz tad-dawl u t-tubi tad-dawl jistgħu ukoll jittieħdu fit-Trakkijiet tas-Separazzjoni tal-Iskart.

Mediċina Skaduta

Mediċina skaduta hija klassifikata bħala skart perikoluż ukoll. 

Inti tista’ tieħu mediċina qadima, mhux użata, skaduta jew li m’għandekx bżonn iktar, fi spiżerija awtorizzata. Hawnhekk tista’ teħles minn pilloli jew kapsuli li huma waħdiet jew għadhom ġol-pakkett, mediċina fil-fliexken, inhalers u krema mediċinali li ssib fl-istoċċ. 

Qatt m’għandek tieħu oġġetti bio-perikolużi, bħal siringi u apparat tal-EpiPen, fi spiżeriji. Dawn iridu jintremew f’kontenituri speċjali għal affarijiet bil-ponta u jittieħdu f’wieħed miċ-Ċentri għall-Iskart Goff tagħna. 

Qabel ma teħles minn din il-mediċina, kun ċert li tneħħi l-ippakkjar tal-mediċina, karti b’informazzjoni, għotjien, tazzi żgħar jew kuċċarini tal-plastik. Dawn tista’ tarmihom ġol-kontenitur bl-għatu aħdar. Il-qafas tal-plastik tal-inhaler ukoll għandu jiġi sseparat miċ-ċilindru u mormi ġol-kontenitur bl-għatu aħdar.

Tista’ tarmi fliexken vojta tal-ħġieġ tal-mediċina ġol-kontenitur bl-għatu kannella.  

Folji vojta tal-pilloli u kapsuli, kif ukoll oġġetti kożmetiċi, għandhom jiġu mormija fil-kontenitur bl-għatu iswed.

Sib spiżerija awtorizzata ħdejk.

Agħżel il-Lokalità / Choose your Locality

Last updated on 08/10/2020

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200