Contact Us

 

Ta’ kull sena, il-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart (EWWR) tgħaqqad skejjel, amministrazzjonijiet pubbliċi, kumpaniji, Għaqdiet mhux Governattivi u ċittadini minn madwar l-Ewropa – kollha magħqudin għall-istess għan: li jkun hemm promozzjoni t’attivitajiet li jqajmu kuxjenza dwar riżorsi sostenibbli u l-immaniġjar tal-iskart.

Permezz t’azzjonijiet u proġetti mmirati biex inaqqsu, jerġgħu jużaw u jirriċiklaw l-iskart, il-parteċipanti jkollhom ċans juru l-inizjattivi tagħhom bil-għan li jqajmu kuxjenza. Il-finalisti jkunu magħżula minn bord t’esperti indipendenti u r-rebbieħa jitħabbru waqt iċ-Ċerimonja ta’ Premjazzjoni għat-Tnaqqis tal-Iskart f’Malta , bi premjijiet li jingħataw għal kull kategorija. Ir-rebbieħa jirrappreżentaw lil Malta fiċ-Ċerimonja Ewropea ta’ Premjazzjoni għat-Tnaqqis tal-Iskart, li tlaqqa’ l-aħjar parteċipanti fil-qasam, minn madwar l-Ewropa kollha.

L-edizzjoni li jmiss tal-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart ser ssir bejn il-21 u d-29 ta’ Novembru 2020. It-tema magħżula għal din is-sena hija ‘’l-Iskart Inviżibbli’. Il-parteċipanti prospettivi huma mitluba joħolqu azzjonijiet biex jitnaqqas, jerġa’ jintuża u jiġi rriċiklat l-iskart. Irreġistra l-proposti tiegħek ma’ WasteServ u idħol fiċ-ċans li tirrappreżenta lil Malta fiċ-Ċerimonja ta’ Premjazzjoni Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart. 

Kont taf li biex timmanifattura smartphone li jiżen inqas minn 200 gramma u li jkun f’pakkett żgħir, toħloq l-ammont inkredibbli ta’ 86 kilogramma ta’ skart? Dan kollu huwa skart inviżibbli li jinħoloq matul il-proċess tal-manifattura tal-prodott.  


Ir-reġistrazzjonijiet jiftħu f’Settembru 2020. Il-parteċipanti jistgħu jkunu kumpaniji privati, entitajiet pubbliċi, assoċjazzjonijiet u Għaqdiet mhux Governattivi, skejjel, u ċittadini individwali. Aħna nistiednu lill-parteċipanti kollha sabiex isiru familjari  mar-regoli tal-parteċipazzjoni.   

Għal ideat, nistednuk iżżur is-sit tal-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-iskart.

Segwina fuq Facebook għall-aħħar aġġornamenti. 

Last updated on 05/10/2020

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200