Contact Us

 
Awtorità Pubblika WasteServ Malta Ltd
Deskrizzjoni tal-istruttura tad-dipartiment / direttorat / entità Organigramma
Deskrizzjoni tal-funzjonijiet u responsabbiltajiet tad-dipartiment / tad-direttorat / tal-entità WasteServ hi responsabbli għall-organizzazzjoni, ġestjoni u operat ta’ sistemi integrati għall-immaniġjar tal-iskart.
Deskrizzjoni ġenerali tal-kategoriji ta’ dokumenti li għandu/ha id-dipartiment / id-direttorat/ l-entità (li jinkludu ukoll dokumenti eżenti) Rekord tal-impjieg u dokumentazzjoni tat-taħriġ tal-ħaddiem; Dokumentazzjoni ta’ Saħħa u Sigurtà; Reġistru tal-assi tal-kumpanija; Dokumentazzjoni tal-akkwisti (kemm lokali kif ukoll iffinanzjati mill-UE); Kontijiet awditjati, Rendikonti tal-VAT; Kontijiet tal-ġestjoni, Dikjarazzjoni tal-kredituri; Manwali għall-utent tal-IT u dokumentazzjoni oħra marbuta mal-IT; Rekords taċ-ċaqliq kollu tal-iskart ('il ġewwa/ 'il barra) mill-faċilitajiet tal-kumpanija; Rapporti li ħarġu u noti tal-kunsinna (kopja ddepożitata); Noti tat-trasferiment tal-iskart; Rekords operazzjonali; Rekords tal-manteniment; Formoli tal-ordni tax-xiri, dokumenti t’offerti u premji relatati mal-bejgħ ta’ materjali; Ċertifikati ta’ riċiklaġġ, informazzjoni tal-monitoraġġ, dokumentazzjoni tas-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Kwalità, Saħħa u Sigurtà Ambjentali u rekords relevanti; Rapporti ta’ spezzjonijiet; Rapporti meħtieġa għal skopijiet t’ippjanar; Dokumetazzjoni tal-Akkwisti; Permessi tal-ERA; Dokumenti u ftehim iffirmati, rekords legali u dokumenti marbuta mal-FOIA; Rekords perjodiċi tat-telefonati kollha li jidħlu u rekords ta’ mistoqsijiet li jkunu daħlu mingħand il-pubbliku ġenerali
Deskrizzjoni tal-manwali kollha u dokumenti ta’ tip simili li fihom politika, prinċipji, regoli u linji gwida skont  liem deċiżjoni jew rakkomandazzjonijiet ikunu saru fir-rispett ta’ membri tal-pubbliku (li jinkludu entitajiet korporattivi u ħaddiema tal-awtorità pubblika fil-kapaċità personali tagħhom) Kull meta jinqala’ l-bżonn, WasteServ Malta Ltd timxi ma’, u tirreferi għal-linji gwida u regolamenti ewlenin tal-Gvern.
Dikjarazzjoni tal-informazzjoni li jeħtieġ li tkun disponibbli għall-membri tal-pubbliku li jixtiequ li jkollhom aċċess għal dokumenti uffiċjali mill-awtorità pubblika, u li tali dikjarazzjoni ser tinkludi partikulari tal-uffiċjal jew uffiċjali li t-tali uffiċjali issirilhom it-talba għal dan l-aċċess.  L-uffiċjal tal-FOI ta’ WasteServ Malta Ltd jista’ jiġi kkuntattjat b’imejl foi.ws@wasteservmalta.com jew +356 23858168.

Talba ta’ FOI tista’ tiġi sottomessa b’imejl lil foi.ws@wasteservmalta.com mill-portal tal-FOI www.foi.gov.mt permezz tal-eID jew permezz ta’ formola onlajn.
Dettalji tal-proċedura t’Ilmenti Interni Applikant li jkollu r-rikjesta għal informazzjoni rrifjutata, jew li ma jkunx sodisfatt, b’xi mod, bl-informazzjoni pprovduta, bil-format jew l-estensjoni jew data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifikazzjoni li tindika jekk ir-rikjesta intlaqatx jew le, jista’ jindirizza l-ilment lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Libertà tal-Informazzjoni, Ilmenti jistgħu jiġu sottomesi b’imejl lil foi.ws@wasteservmalta.com mill-portal tal-FOI www.foi.gov.mt permezz tal-eID jew permezz ta’ formola onlajn.  

L-ilment għandu jiġi ndirizzat lill-Uffiċjal tal-FOI tal-Awtorità Pubblika, li jwassal l-ilment għand l-uffiċjal responsabbli. L-uffiċjal responsabbli jirrispondi lill-applikant fi żmien 10 ijiem minn meta tidħol l-irċevuta tal-ilment. L-applikant ser ikun infurmat ukoll li hu jew hi j/tista’ j/tappella d-deċiżjoni jew inkella j/tindirizza ilment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u Protezzjoni tad-Data skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Liġi ta’ Malta, Kap. 496).

L-uffiċjal responsabbli ser jinforma lill-applikant bid-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-ilment tiegħu jew tagħha, u fil-kas ta’ konferma ta’ deċiżjoni li ma tinħariġx l-informazzjoni relevanti, ser jispjega r-raġunijiet għaliex. Kull meta l-ilment tal-applikant ikun relatat mal-format tal-informazzjoni pprovduta jew mal-estensjoni tad-data tal-iskadenza għas-sottomisjoni tan-notifikazzjoni li tindika jekk it-talba ġietx aċċettata jew le mill-Awtorità Pubblika u d-deċiżjoni oriġinali żżammet, l-applikant ser jingħata spjegazzjoni għaliex l-ilment tiegħu jew tagħha ma setax jiġi indirizzat b’mod pożittiv.  

F’dawk il-każijiet fejn it-talba għall-informazzjoni tiġi milqugħha, imma ma tissolviex qabel id-data tal-iskadenza speċifikata mill-Att, l-uffiċjal responsabbli jirrinunzja kwalunke miżata mħallsa għas-sottomissjoni tal-informazzjoni.       
Informazzjoni Oħra Ħinijiet tal-Uffiċċju:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 07:00- 17.30
Dettalji tal-Kuntatt tal-Awtorità Pubblika WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex
Tul il-Kosta
In-Naxxar
NXR 9030, Malta
(+356) 2385 8000

info.ws@wasteservmalta.com

Last updated on 16/09/2020

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200