Contact Us

 

Il-Multi-Material Recovery Facility (MMRF), parzjalment iffinanzjata mill-Fondi ta’ Koeżjoni b’investiment ta’ €21.5 miljun, mistennija tibda’ topera fit-tielet trimestru tal-2021 u ser ittejjeb il-kapaċità tal-immaniġġjar tal-iskart ta’ WasteServ.

Il-proċessi li ser isiru f’din il-faċilità huma mmirati biex jiġu rkuprati kemm jista’ jkun materjali u b’hekk innaqqsu mill-iskart li jmur fil-miżbla, f’konformità mal-miri tal-immaniġġjar tal-iskart li ħarġu mid-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Iskart 2008/98/EC.

Dan l-impjant, li jinsab fl-inħawi ta’ Ħal Far, ser jaċċetta apparat elettriku u elettroniku (WEEE) kif ukoll tajers, injam, saqqijiet, ħġieġ ċatt, polistiren, drappijiet u prodotti tal-ġibs. Il-materjali miġbura ser jiġu sseparati, ippakkjati u mibgħuta għall-esportazzjoni. Kull materjal ser ikun trattat u proċessat separatament bil-għan li jiżdied il-valur tal-materjal għall-esportazzjoni filwaqt li jiġi massimizzat l-użu tal-ispazju u l-effiċjenza. 


Last updated on 08/10/2020

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200