Contact Us

 

Tgħallem aktar dwar is-separazzjoni tal-iskart, sib tweġiba għall-mistoqsijiet tiegħek u ħu l-opportunità biex teħles minn skart riċiklabbi, kif ukoll skart perikoluż, mingħajr ma jkollok tmur f’Ċentru għall-Iskart Goff.

It-Trakkijiet tas-Separazzjoni tal-Iskart qed iżuru l-lokalitajiet kollha biex jagħmluha iktar faċli għalik sabiex tkun tista’ teħles mill-iskart b’attenzjoni u galbu, u biex fil-proċess tkun protett kemm int, kif ukoll l-ambjent.

Oġġetti li niġbru huma:

Tessuti

Żejt tat-tisjir

Bozoz tad-dawl u tubi tad-dawl

Polystyrene

Ħġieġ

Plastik

Metall

Karta u Kartun

Batteriji

Din l-inizjattiva, li tifforma parti mill-Kampanja ‘Sort It Out’, tnaqqas ukoll il-kontaminazzjoni tal-iskart riċiklabbi, minħabba l-fatt li t-Trakkijiet għandhom kompartimenti separati għal kull tip ta’ skart. Id-dati u lokalitajiet preċiżi taż-żjarat tat-trakk jistgħu jiġu kkonfermati mill-Kunsill Lokali tiegħek. 

Din il-kampanja tifforma parti mill-proġett iffinanzjat mill-UE – ‘Encouraging sustainable waste practices in households and beyond’.

Ġbir tal-Kontenituri għar-Riċiklaġġ 

Jekk tixtieq tirreġistra sabiex tkun tista tiġbor is-sett ta’ kontenituri għar-riċiklaġġ meta it-trakk ikun fil-lokalità tiegħek, jekk jogħġbok għafas hawn

L-iskeda ta' din il-ġimgħa:

Agħżel il-lokalità tiegħek u skopri meta t-Trakk tas-Separazzjoni tal-Iskart ser ikun viċin tiegħek.   

Agħżel il-Lokalità / Choose your Locality
WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200