Contact Us

 

Minn Lulju tal-2020, b’sens ta’ kburija, WasteServ inawgurat linja rudimentali ġdida għall-għażla tal-iskart fi ħdan il-kumpless ta’ Sant’Antnin, li ser tkun strumentali biex toħloq mekkaniżmu iktar simplifikat u effiċjenti għas-separazzjoni ta’ riċiklabbli nexfin li jintremew fil-boroż griżi jew ħodor.  

Matul dan il-proċess, megħjun bis-saħħa tal-linja tas-separazzjoni l-ġdida, il-boroż griżi u ħodor ser jiġu mgħobbija fuq il-makkinarju li jiftaħ il-boroż. Wara li jinfetħu, ir-riċiklabbli ser jiġu trasportati lejn il-conveyor tas-separazzjoni li jitħaddem mill-operaturi. Hawnhekk, ir-riċiklabbli, li jikkonsistu primarjament minn kartun, karta, plastik u metall, jiġu magħżula u mifruda bl-idejn.

Wara dan l-istadju, ir-riċiklabbli rikoverati jinġabru f’balal, jiġu maħżuna, magħżula u finalment imqiegħda fis-suq għall-bejgħ. Din il-linja ta’ separazzjoni ġdida li ser tiġi implimentata ser tnaqqas l-ammont ta’ materjal li jispiċċa fil-miżbla, jew esportat bħala materjal ta’ kwalità baxxa.

Jekk jogħġbok agħfas hawn għar-regoli tas-sit

Last updated on 01/10/2020

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200