Contact Us

 

L-Impjant ta’ Trattament Mekkaniku u Bioloġiku ta’ Sant’ Antnin (MBT) jikkonsisti f’ impjant ta’ trattament mekkaniku, u impjant bijoloġiku b’faċilitajiet ta’ diġestjoni anerobika (AD). WasteServ ilha tittratta l-iskart organiku kollu f’din il-faċilità minn Ottubru tal-2018.

Dan l-impjant jipproċessa skart organiku u wara juża batterji biex jipproduċi gass tal-metanu, li jiġi użat bħala karburant biex jipproduċi sħana u elettriku. L-ewwel pass f’dan il-proċess hu li l-iskart organiku jitħallat mal-ilma u jiġi mibdul f’polpa li tmur ġod-diġesturi li hemm fl-impjant ta’ diġestjoni anerobika. Hekk il-polpa tinqasam permezz ta’ proċess bio-kinetiku li jseħħ bis-saħħa tad-diġesturi li jipproduċu dak li jissejjaħ ‘digestate’.

Wieħed mill-iktar proċessi importanti li jseħħ huwa dak li bih il-batterji jiffurmaw il-metanu. Il-batterji jibdlu aċidi f’metanu u diossidu tal-karbonju.  Il-metanu, imbagħad, jiġi użat bħala karburant fil-magna tal-Combined Heat and Power (CHP) biex jinħolqu s-sħana u l-elettriku. Is-sħana tintuża biex issostni l-proċess ta’ diġestjoni anerobika stess, waqt li l-elettriku li jiġi ġġenerat jgħaddi għall-grid nazzjonali. Fl-aħħar, id-digestate li jkun stabbilizzat jiġi mneħħi u wżat fil-pajsaġġar u proġetti oħra bħal dawk ta’ riabilitazzjoni tal-miżbla.

Preżentament, aħna qegħdin intejbu l-impjant ta’ trattament tal-iskart organiku li diġa’ jeżisti f’ Sant’Antnin. Dan l-aġġornament ser jikkonsisti minn 3-staged closed system. B’hekk, ser jippermetti li jkun hemm kontroll effettiv tal-proċess u jnaqqas l-impatti fuq il-kwalità tal-arja billi jnaqqas l-irwejjaħ. B’dan l-investiment, WasteServ ser tkun qiegħda timmassimizza l-elettriku għal ġol-grid.

Jekk jogħġbok agħfas hawn għar-regoli tas-sit.


Last updated on 09/10/2020

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200