Contact Us

 

Il-Faċilità għall-Irkupru tal-Materjal (MRF) u l-Istazzjon ta’ Trasferiment tal-Iskart (WTS) ġewwa x-Xewkija (Għawdex) inħolqot biex tilqa’, tagħżel u tittrasporta l-iskart mhux perikoluż ġej minn Għawdex u Kemmuna. 

Kull skart riċiklabbi u niexef jiġi magħżul, kompatt u miġbur f’balal fil-Faċilità għall-Irkupru tal-Materjali permezz ta’ proċess mekkanizzat semi-awtomatizzat. Ladarba jkun miġbur f’balal, dan jinbiegħ direttament mill-faċilità ġewwa Għawdex lil sensara irreġistrati tal-iskart.  

L-Istazzjon ta’ Trasferiment tal-Iskart iservi biex jikkonsolida l-iskart minn bosta postijiet minn fejn jinġabar l-iskart għal post wieħed, biex irendi sistema ta’ trasport bi spiża iktar effettiva għall-impjanti ta’ trattament tal-iskart f’Malta. L-iskart solidu muniċipali u l-iskart organiku jiġi kompatt b’mod effiċjenti f’kontenituri ermetikament issiġġilati u ttrasportati lejn Malta f’vetturi speċjali għall-ipproċessar.



Last updated on 07/10/2020

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200