Contact Us

 

Il-Faċilità tal-Inċineratur (Thermal Treatment Facility (TTF)) li tinsab il-Marsa tikkonsisti f’inċineratur li juża s-sħana biex jiproċessa skart mill-biċċerija, skart kliniku u tipi ta’ skart perikolużi oħra. Din tinkludi ukoll impjant t’awtoklava li jittratta skart b’tessuti ġejjin mill-annimali qabel ma jgħaddi għall-proċess t’inċinerazzjoni. 

L-inċineratur, li ġie inawgurat f’Diċembru tal-2007, ħa post iż-żewġ inċineraturi qodma u għen biex iżid l-effiċjenza tal-operat. Biex it-temperaturi għoljin tal-forn tiegħu jiġu operati, l-inċineratur jitħaddem minn enerġija elettrika, Żejt tat-Tisħin (HGO) u tallow li jiġi prodott ġol-awtoklava. 

L-awtoklava, li ġiet installata fl-2015, hija faċilità ta’ qabel it-trattament li tipproċessa madwar 2,500 tunellata fis-sena ta’ skart ġej mit-tessut tal-annimali. Dak li jirriżulta mill-proċess tar-rendering imbagħad jintuża bħala karburant għall-Faċilità tat-Trattament Termali. Apparti li dan jagħmel l-impjant iktar effiċjenti, dan jikkontribwixxi ukoll lejn l-impenn li qed tieħu Malta biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet t’effett serra u biex jiġu ġġenerati riżorsi t’enerġija rinnovabbli. Iktar minn hekk, il-Faċilità tat-Trattament Termali topera f’komformità mar-Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijiet Industrijali (L.S. 549.77)


Il-Faċilità tal-Inċineratur tkun miftuħa mis-06.00 sal-17.30. L-aħħar dħul ikun fil-17.00. Annimali domestiċi u żwiemel mejta jiġu aċċettati 24/7. 

Ġie mħabbar li faċilità ġdida b’investiment ta’ €50 miljun ser tieħu post din il-faċilità fil-Marsa.  Il-faċilità l-ġdida se tkun mgħammra bl-aħjar teknoloġija disponibbli. Dan mhux biss se jkun qed jiggarantixxi prestazzjoni ambjentali ideali iżda ħa jkun ukoll qed jiġi kkunsidrat il-potenzjal li tiġi iġġenerata enerġija nadifa waqt il-proċess ta' inċinerazzjoni. 

Last updated on 09/10/2020

WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

+356 80072200